Kawża quddiem il-Qorti ikkonfermat li l-ftehim li għandha l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti mal- Awtorità tal-Artijiet biex tieħu ħsieb ir-Riservi tal-Miżieb u l-Aħrax huwa wieħed illeġittimu.
Il-kawża kienet infetħet mill-BirdLife fost l-oħrajn, fejn talbu li jkun imħassar dan il-ftehim.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti, fit-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva ċaħdet id-dsatax-il akkuża u nnotat li ma kien hemm xejn irregolari jew kontra l-liġi iżda dak li kien fih il-ftehim kien bi dritt tal-Federazzjoni.
Il-Qorti nnutat ukoll li l-Gvern permezz tal-ftehim ħoloq qafas kuntrattwali biex b’hekk is-siti jkunu amministrati aħjar.
Il-Qorti ma qablitx mal-allegazzjonijiet mressqa mill-għaqdiet, li l-FKNK ser tkun qed tgawdi mill-passaġġi, iżda qalet li b’differenza għall-artijiet oħra li jikkonċedi l-Gvern dawn is-siti ser jibqgħu miftuħa għal pubbliku f’ħinijiet stipulati.