Il-Qorti tal-Appell mill-ġdid sabet li artiklu ppubblikat fin-Nazzjon f’Novembru 2014 huwa malafamanti. L-Imħallef Anthony Ellul stabilixxa li l-artiklu, li huwa dwar il-kuġin taċ-chief of staff tal-Prim Ministru, fih insinwazzjonijiet bil-għan li jpenġu lil Keith Schembri f’dell ikraħ.
Innota li kieku Keith Schembri ma kienx qrib il-Prim Minsitru u l-Partit Laburista, l-artiklu ma kienx jingħata daqshekk prominenza. In-Nazzjon se jkollha tħallas €5,000 lil Keith Schembri, għaliex dak li ngħad huwa serju u ma’ ġiex ipprovat.