Meta l-Qorti kompliet tisma’ l-każ ta’ Miguel Zammit mill-Gżira, li jinsab akkużat li spara u qatel erba’ fjamingi fil-Qawra, intqal li kien hemm kaċċatur ieħor fuq il-post.
Fuq il-pedana tax-xhieda tela’ jixhed is-Surġent Christopher Debrincat, li qal li meta mar fuq il-post, huwa ra vann blu pparkjat faċċata tal-baħar.
Huwa spjega li fil-vann kien hemm raġel ieħor i kellu senter fuq ħoġru u kelb riekeb fuq wara.
Fuq mistqosija tal-Avukat Alex Miruzzi li qed jidher għall-akkużat, ix-xhud ikkonferma li s-senter tal-persuna li kien fil-vann kien barra mill-pocket.
Fil-Qorti s-Surġent ma identifikax lir-raġel fil-vann il-blu bħala l-akkużat li kien fl-iżbarra.
L-akkużat qed jgħid li huwa kien qed jimmira lejn papri li ma rnexxilux jaqbad mill-baħar.