Il-Qorti ddikjarat ksur tad-drittijiet fil-każ ta’ Robert Agius, li huwa akkużat b’pussess u traffikar tad-droga.
Il-każ imur lura għall-2012 u ilu jkaxkar sitt snin wara li xhud ewlenija f’dan il-każ irrifjutat li tixhed sakemm kienet qed taffaċċja proċeduri separati li saħansitra anke involva appell.
L-imħallef Jacqueline Padovani Grima ordnat sabiex fi żmien ġimgħa, il-mara tkun imsejħa sabiex filwaqt li jinqata’ l-każ tagħha, il-proċeduri ta’ Robert Agius jkunu jistgħu ikomplu.