Il-Qorti ddikjarat li Abner Aquilina bħalissa mhuwiex f’qagħda li jgħaddi ġuri.
Abner Aquilina huwa s-suspettat ewlieni fil-qtil ta’ Dembska, li nstabet maqtula fi ġnien f’Tas-Sliema fil-bidu tas-sena.
Din id-deċiżjoni mill-Qorti ttieħdet wara deċiżjoni minn tim ta’ psikjatri, li kien magħmul minn Anthony Dimech, Anton Grech u George Debono.
Fil-Qorti ħareġ kif il-psikjatri tkellmu mal-akkużat f’ħames okkażjonijiet separati u r-riżultat tagħhom kien ibbażat fuq il-fatt li Abner Aquilina kien qed jesperjenza delużjonijiet u emozzjonijiet fl-imġiba tiegħu. Minbarra dan, kien influwenzat mill-abbuż minn droga u sustanzi.
Il-Qorti ddeċidiet li Aquilina kien fi stat ta’ ġenn. Għaldaqstant, il-każ intbagħat quddiem l-Avukat Ġenerali sabiex jiddeċiedi jekk isirx ġurin, jiġifieri ġuri fuq il-bażi li l-akkużat ikun fi stat ta’ ġenn, jew jibqax għaddej il-każ, bil-kwistjoni tal-istat ta’ ġenn tkun deċiża mal-bqija tal-każ.