Il-qorti ppreseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale ddeċidiet li ma tismax xhieda li dalgħodu kienet se tingħata miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri f’kawża ta’ libell kontra l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalists Simon Busuttil. Dan wara li Simon Busuttil u l-membru parlamentari Ewropew David Casa għażlu lill-istess maġistrat biex jinvestiga allegazzjoijiet li għamlu kontra l-istess Schembri.
Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Maġistrat Depasquale qal li peress li l-istess qorti ppreseduta minnu għandha rikors ippreżentat minn Simon Busuttil u David Casa bħala maġistrat inkwerenti, u peress li l-mertu jista’ jkollu relevanza fuq il-każ imsiemmi, ma tridx tisma’ x-xhieda.
Today I was again prepared to testify and expose all the lies maliciously spread by @SimonBusuttil, but his repeated maneuvers led the Court to order that my testimony be postponed to a later date. Why doesn’t Busuttil want me to testify?
— Keith Schembri (@keithaschembri) May 3, 2018