Fil-Qorti għall-ewwel darba flok ingħatat sentenza hekk kif l-imputat ammetta, l-Imħallef Giovanni Grixti għażel li jitkellem mal-vittmi skont il-liġi dwar il-vittmi tal-kriminalità li daħlet fis-seħħ fl-2015. Abdelsalam Rawad Briga jinsab akkużat li kkaġuna feriti f’għonq l-mara li kienet ma’ mara oħra f’San Ġiljan.
L-akkużat ġie mixli li huwa ħareġ sikkina u pprova jħanxar għonq il-mara filwaqt li serqilha basket.
Hekk kif intemmet il-kumpilazzjoni, l-imputat ammetta iżda l-Qorti ssospendiet is-seduta u minflok, il-Qorti ddeċidiet li tinnotifika lill-vittma u tisma’ x-xewqat tagħha.
Briga diġà weħel 18-il xahar ħabs fuq każ ieħor dwar serq bi vjolenza.