It-talba ta’ Yorgen Fenech quddiem il-Qorti Kostituzzjonali dwar ksur tad-drittjiet tiegħu għax ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest sa mill-arrest tiegħu fl-2019, ġiet miċħuda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-każ Kostituzzjonali tressaq minn Fenech wara li l-Avukati tiegħu f’numru ta’ tentattivi talbu għall-ħelsien mill-arrest, bit-talbiet tagħhom qatt ma jiġu milqugħa.
Din l-aħħar deċiżjoni mill-Qorti waslet f’sentenza ta’ 60 paġna li b’hekk iddeċidiet każ kostituzzjonali li kien ressaq Fenech is-sena li għaddiet quddiem l-Imħalla Miriam Hayman.
B’din id-deċiżjoni Yorgen Fenech se jibqa’ jinżamm arrestat.