Il-Qorti ċaħdet żewġ każijiet ta’ libell li fetaħ l-eks ġurnalist tat-Times of Malta Ivan Camilleri kontra ġurnalisti tal-MaltaToday u l-Illum.
Il-libelli nfetħu fuq stejjer irrappurtati dwar l-istess Ivan Camilleri u kif allegatament informa lil Yorgen Fenech bl-eventwali arrest tiegħu.
L-involviment tal-ekż ġurnalist tat-Times issemma wkoll mis-Supretedent Keith Arnaud waqt il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Fenech.
Il-gazzetta MaltaToday kienet irrappurtat li l-Pulizija sabu messaġġ fuq il-WhatsApp mibgħut minn Yorgen Fenech lil zijuh Ray li fih jitkellem dwar ċertu Ivan. Huwa allegatament wissih li l-Pulizija kienet tefgħet għajnejh fuqu.
L-artiklu li nfetħu l-libelli fuqhom kien jikkonċerna t-tkeċċija ta’ Ivan Camilleri mit-Times wara li huwa allegatament għadda informazzjoni kunfidenzjali lil Yorgen Fenech.
Fis-sentenza tagħha, il-Maġistrat Rachel Montebello sostniet li Camilleri bħala ġurnalist f’pajjiżna kellu jistenna ċertu ammont ta’ kritika b’rabta mal-allegazzjonijiet li saru. Dan filwaqt li l-allegazzjoni fuq rasu, li għaddha informazzjon kunfidenzjali lil persuna akkużat li qatel ġurnalista kollega, kienet tradiment tal-prinċipji etiċi tal-ġurnaliżmu, fost oħrajn.
Fi tmien l-2021 l-istess Ivan Camilleri allegatament seraq bejn €11,000 u €18,000 minn Supermarket fin-Naxxar.
Dan kien sostnieh Direttur tal-Valyou. Huwa kien saħansitra nqabad fuq cameras tas-sigurta joħroġ mis-supermarket bla ma allegatament ħallas għall-oġġetti li ħa.