Il-Qorti Ċivili ċaħdet kawża miftuħa mill-BirdLife dwar liċenzji tal-kaċċa li ħarġu fl-elfejn u għoxrin.
Din il-kawża kienet infetħet kontra l-Prim Ministru, il-Ministru għall-Ambjent u l-Ministru għal Għawdex.
Fil-Qorti l-BirdLife kienet sostniet li l-liċenzji tal-kaċċa kienu nħarġu minn Ministru li ma kellux l-awtorità biex jagħmel dan.
Il-Prim Ministru u ż-żewġ Ministri konċernati wieġbu li l-liċenzji ħarġu mid-dipartiment inkarigat bil-liġi, u f’dan it-tqassim ma kien hemm ebda irregolarità.
L-Imħallef Neville Camilleri innota li t-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi hija l-unika entità li tista toħroġ il-liċenzji, u peress li din ma kinitx parti mill-kawża, huwa ċaħad it-talba li għamlet il-BirdLife.