Il-Qorti ċaħdet kawża ta’ danni miftuħa minn Peter Caruana Galizia kontra l-eks Ministru Chris Cardona.
Chris Cardona kien ressaq skont il-liġi mandat ta’ ordni ta’ sekwestru wara li Daphne Caruana Galizia allegat li huwa kien f’burdell fil-Ġermanja.
Allegazzjoni li Cardona dejjem ċaħad u kien fetaħ libelli dwarha.
Bħala l-qraba ta’ Daphne Caruana Galizia, Peter Caruana Galizia talab lill-Qorti li jżomm responsabbli lil Cardona għad-danni li kkawża minħabba li ġew friżati flus ta’ Caruana Galizia wara li Cardona qal li din mmalafamatu.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo ċaħdet l-argument ta’ Caruana Galizia.