Il-Qorti ċaħdet talba għal inkjesta ta’ Jason Azzopardi fuq il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Artijiet Robert Vella fejn akkużah b’ħasil ta’ flus u korruzzjoni fost oħrajn iżda il-Maġistrat Philip Galea Farrugia xejjen għal kollox it-talbiet ta’ Jason Azzopardi.
F’deċiżjoni tal-Qorti ntqal li ma hemmx provi li tressqu minn Azzopardi li jossidisfaw l-kriterji li titfa’ lil Vella f’inkjesta.
Fuq facebook imbagħad Jason Azzopardi mar jitkellem fuq is-sistema preżenti ta’ inkjesta u saħaq li ma kellux garanzija li kull talba għall-inkjesta kienet se tiġi milqugħa.
Qal li l-grad tal-provi huwa għoli, fi kliem ieħor sostna li fil-każ tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Artijiet ma kellux provi iżda xorta mar il-Qorti u ried jitfgħu f’inkjesta.
Ammissjoni oħra minn Jason Azzopardi li juri li ma kellux provi imma ried jitfa’ n-nies f’inkjesta.
Dan wara li fl-aħħar jiem irtira allegazzjonijiet fil-konfront tas-Segretarju tal-Kabinett Ryan Spagnol u ammetta li hu giddieb.
Jason Azzopardi wkoll tilef libell meta allega li d-Deputat Laburista Carmelo Abela kien involut f’hold-up fejn fil-Qorti ħareġ li Azzopardi mmalafama lil Abela bħal ma kien għamel ukoll fil-konfront ta’ Owen Bonnici.
Fil-konfront tal-Ministru Bonnici, Jason Azzopardi kellu jirtira diskors li qal fuqu li hu kriminal u giddieb.