Il-Maġistrat Rachel Montebello reġgħet ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest tan-negozjant Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fid-deċiżjoni tagħha l-Maġistrat Montebello qalet li l-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta mal-qtil ta’ Caruana Galizia għadhom għaddejjin.
Il-Maġistrat saħqet li ma jistax jiġi eskluż li jekk jingħata l-ħelsien mill-arrest Fenech jipprova jaħrab mill-pajjiż.