Il-Qorti ma laqgħetx l-appell ta’ Soumia Mansuri wara li tliet snin instabet ħatja li qassmet pinnoli li kkawżaw abort fuq Raya Sellami.
Il-każ imur lura għas-sena 2014 meta Sellami ddaħlet l-isptar b’uġieħ kbir f’żaqqha u meta eżaminawha t-tobba tal-emerġenza sabu ħames pinnoli mdaħħlin fil-parti tagħha. Kien hawnekk fejn Sellami stqarret li ppruvat tagħmel abort. Wara diversi testijiet li saru ġie stabbilit li eventwalment il-fetu kien bla-ħajja.
Mansouri baqgħet tisħaq l-innoċenza tagħha abbażi li l-Pulizija ma kienux infurmawha dwar l-iżviluppi kollha li kellhom. Qalet ukoll li kieku l-Ispettur qallha bl-eżitu tar-rapport tal-espert tal-Qorti ma kinitx tammetti l-akkużi miġjuba fil-konfront tagħha.
Madankollu l-Qorti tal-appell ċaħdet l-appell ta’ Mansouri u kkonfermat is-sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin fil-konfront tal-akkużata.