Il-Qorti ċaħet it-talba tas-suspettat mandat fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech biex terġa’ tiġi kkunsidrata l-proklama.
F’sentenza li ta l-Imħallef Francesco Depasquale ċaħad it-talba ta’ Yorgen Fenech li talab sabiex tiġi iddikjarata nulla u bla effett id-deċiżjoni tal-Kabinett li ttieħdet fuq rakkomandazzjoni tal-Avukat Generali u tal-Kummissarju tal-Pulizija .
Kien fid-29 ta’ Novembru, li Yorgen Fenech kien fetaħ rikors il-Qorti kontra l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u l-membri tal-kabinett ta’ dak iż-żmien.
Huwa kien talab biex il-Qorti tħassar id-deċiżjoni tal-Kabinett u tiġi ikkunsidrata t-talba tiegħu għall-proklama.
Iżda l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ċaħdet it-talba tiegħu.