Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Anne Marie Thake ċaħdet it-talba tad-difiża biex il-proċeduri kriminali ta’ Roderick cassar, mixli bil-qtil ta’ Bernice Cassar fit-22 ta’ Novembru tal-2022, b’tiri ta’ arma tan-nar fl-inħawi ta’ Kordin, jiġu sospiżi.
F’seduta l-Erbgħa filgħodu, il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għal din it-talba u qalet li dan hu tentattiv biex jittawwal iż-żmien u dan mhu xejn ħlief disprezz lejn il-ġustizzja.
Il-Maġistrat spjegat li f’dan l-istadju, fejn il-Qorti għaddejja bil-proċeduri li qed tiġbor il-provi u għalhekk ma tistax tieħu deċiżjonijiet fuq il-mertu tal-kawża. Kien għalhekk li l-Qorti ċaħdet it-talba li għamel Cassar.