STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Il-Prim Ministru jinnota b’dispjaċir li l-Qorti ma laqgħetx it-talba biex il-libell li sar fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia jinstema’ b’urġenza. Madankollu l-Prim Ministru jirrispetta d-deċiżjoni tal-Qrati tagħna u jikkopera f’kull stadju.
Ħadd daqs il-Prim Ministru u l-familja tiegħu ma jixtiequ li toħroġ il-verità, u l-verità kollha bil-ġurament, sabiex jieqfu l-gideb u kalunnji bla bażi li qed jinkitbu mingħajr skrupli.
Id-demokrazija u s-saltna tal-liġi għandha tkun osservata minn kulħadd u tgħodd għal kulħadd l-istess.