Il-Qorti ċaħdet it-talbiet tal-ħelsien mill-arrest imressqa minn Jamie Vella, li flimkien mal-aħwa Adrian u Robert Agius, magħrufin bħala tal-Maksar, jinsab mixli bl-involviment bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizija fl-elfejn u sbatax u dak tal-Avukat Carmel Chircop fl-elfejn u ħmistax.
Il-Qorti t-Tnejn semgħet lill-avukati ta’ Vella jargumentaw li l-Prosekuzzjoni kienet ibbażat ruħha fuq il-provi mogħtija minn Vince Muscat biex tiġġustifika l-arrest tar-raġel.
Wara li qieset il-fatturi kollha, il-Qorti qalet li hemm il-possibbilità li Vella jaħrab mill-pajjiż.
Barra minn hekk, teżisti ukoll il-biża’ li l-evidenza tkun imbagħbsa.