Il-Qorti ċaħdet ilment ta’ lukandier akkużat li ma ħallasx mas-sebat elef u sitt mitt ewro f’testijiet li saru mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, wara li fis-sistema tal-ilma tal-lukanda kien instab il-mikrobu tal-leġjonella.
Il-każ imur lura fl-elfejn u tmienja, wara li rapporti tal-istess mikrobu waslu għand is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika.
Wara li sid il-lukanda rrifjuta jħallas għal dawn it-testijiet, il-Pulizija ħadu passi kriminali kontrih, u għalhekk ilmenta li minħabba f’hekk ġew miksura d-drittijiet fundamentali tiegħu, u ħa dan il-każ il-Qorti.
Il-Qorti ċaħdet din it-talba, u nnutat kif ma tarax kif l-imputat jistenna li ma jħallasx għal testijiet meta kien hu li poġġa s-saħħa tal-klijenti tiegħu fil-periklu.