Il-Qorti annullat sentenza ta’ priġunerija u multa li kienu ngħataw b’rabta ma’ pussess tal-kokaina fl-2020.
Il-Qorti qalet li l-ħtija ma tingħatax abbażi tal-assunzjonijiet, iżda ta’ evidenza ċara mill-Prosekuzzjoni.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Melvin Debono, ta’ 31 sena, magħruf bħala ‘il-Quws’, residenti l-Isla, kien laħaq skonta sena priġunerija u weħel multa ta’ elf ewro minħabba pussess ta’ kokaina għal skop ta’ traffikar.
Fil-Qorti ntqal li m’hemm ebda evidenza li turi biċ-ċar jekk id-droga li nstabet kinitx tal-imputat.