Il-Qorti ddikjarat li l-ġuri tal-aħwa Degiorgio marbut mal-allegat qtil ta’ Daphne Caruana Galizia jista’ jseħħ mingħajr dewmien żejjed. Dan wara li rriffjutat talba tal-istess aħwa, hekk kif skonthom, id-difiża tagħhom ġiet imfixkla wara li l-avukat tagħhom irrikuża ruħu mill-każ.
Għalhekk, huma talbu sabiex il-ġuri jiġi pospost sabiex l-avukat tal-istat li ġie assenjat għalihom, jilħaq jeżamina l-evidenza kollha marbuta mal-każ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-lum tifsser li l-proċeduri kriminali kontra l-aħwa jistgħu ikomplu.
Il-każ ġie aġġornat għal Novembru li ġej.