Il-Qorti ma laqgħetx it-talba tal-unjin tal-bdoti, l-ALPA, biex ma jitkeċċewx 69 pilota minn mal-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta.
F’digriet li ta l-Imħallef Toni Abela fil-Prim Awla Ċivili, ġie deċiż li l-Air Malta kellha dritt tkeċċi l-piloti wara li ma ntlaħaqx qbil dwar il-pagi tal-bdoti fi żmien ta’ sfida minħabba l-pandemija.
L-imħallef iddeċieda wkoll li l-Air Malta ma kelliex tnaqqas il-grad tal-bdoti.
L-Air Malta kienet ħadet id-deċiżjoni li jkunu ssensjati nofs il-piloti, wara li l-union tal-bdoti baqgħet tinsisti fuq skema għall-irtirar li tiswa €73 miljun.
Kienu saru bosta laqgħat twal bejn l-Air Malta u l-ALPA biex tiġi ssalvagwardjata s-sostenibbiltà u l-vijabbiltà tal-kumpanija tal-ajru.
Madanakollu, wara li l-union tal-bdoti insistiet fuq skema ta’ rtirar kmieni, li tfisser medja ta’ €700,000 għal kull bdot, il-linja tal-ajru Maltija ma kelliex għażla oħra, ħlief li tipproċedi bis-sensji ta’ 69 bdot.