Il-Qorti ddeċidiet li fil-Parlament m’hemmx it-tielet partit dan wara li nstemgħu l-proċeduri b’rabta maż-żewġ siġġijiet żejda li ngħata l-Partit Nazzjonalista minħabba l-mekkaniżmu tal-kostituzzjoni.
Din id-deċiżjoni turi konferma kif il-Partit Demokratiku kien biss fergħa oħra tal-Partit Nazzjonalista.
Kien propju lbieraħ li Marlene Farrugia sostniet li hi “deputat tal-Partit Nazzjonalista” meta xehdet fl-istess każ fejn ikkonfermat ukoll li se tkun suġġetta għall-whip tal-PN.
Waqt l-istess każ ħareġ li s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Rosette Thake, ma kinitx involuta fin-negozjati ta’ kolazzjoni bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Demokratiku.
Dan hekk kif meta wieġbet għad-domandi tal-avukat tal-PL, Thake qalet li hi ma daħlet bl-ebda mod f’dan il-ftehim li kien iffirmat bejn Simon Busuttil u Marlene Farrugia.