Il-Qorti reġgħet ċaħdet mill-ġdid it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-aħwa Degiorgio mixlija bil-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galizia.F’talba li reġgħu resqu mill-ġdid fl-għaxra ta’ lulju, l-George u Alfred Degiorgio talbu sabiex jingħataw il-ħelsien mill-arresst.
L-Imħallef Giovanni Grixti qal li l-kumpilazzjoni ta’ Vince Muscat u George u Alfred Degiorgio waslet fl-aħħar proċeduri.
Għaldaqstant l-oġezzjoni tal-Avukat Ġenerali għall-ħelsien mill-arrest hija ġustifikata.
Huma ġew arrestati fil-ħamsa ta’ Diċembru tal-elfejn u sbatax u qegħdin jiġu mixija li qatlu lil blogger Daphne Caruana Galizia.