Biċċa art fis-Siġġiewi li kienet ilha 31 sena tintuża ħażin ingħatat lura lill-Awtorità tal-Artijiet mill-Qorti.
Din l-art kienet ingħatat b’ċens ta’ 150 sena biex tintuża bħala art agrikola. Minflok, ġiet mibdula f’barriera.
Fil-Qorti kien spjegat kif iċ-ċensiment sar fl-1933, filwaqt li kien hemm diversi drabi fejn min kien qed juża l-art, inġibditlu l-attenzjoni li ma kienx qed jużaha kif suppost.
Fl-2011, l-Awtorita tal-Artijiet resqet rikors biex tieħu l-art lura, bil-Qorti tordna li jiġi xolt iċ-ċensiment, kif ukoll biex il-kumpanija li qed tuża l-art tiżgombra mill-post sal-10 ta’ Diċembru li ġej.