Il-Prosekuturi Spanjoli jridu li l-attakkant Brażiljan u ta’ Barcelona Neymar jintbgħat sentejn ħabs wara l-każ ta’ korruzzjoni fit-trasferiment minn Santos għal ma’ Barcelona lura fl-2013.
Il-Ġudikant Jose Perals irid ukoll li l-President ta’ Barcelona Sandro Rosell jingħata sentenza ta’ ħames snin ħabs u multa ta’ 8.4miljun ewro għall-club.
Il-Prosekuzzjoni talbet li jitwaqqgħu l-akkużi konta l-President ta’ Barċelona preżenti, Josep Maria Bartomeu.
Il-każ beda minn ilment mill-grupp ta’ investituri Brażiljan DIS, li kellu jieħu 40% tat-trasferiment, iżda l-kumpanija sostniet li rċeviet inqas minn dak li kellha tieħu.
Rosell, Neymar u missieru se jitressqu l-Qorti.