Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea nediet l-app tagħha, CVRIA, għal smartphones u tablets li joperaw kemm bl-iOS kif ukoll bl-Android. Disponibbli fi 23 lingwa tal-Unjoni li jistgħu jintgħażlu mill-utent fil-menu, l-app tinkludi erba’ taqsimiet.
“Ġurisprudenza” tipprovdi aċċess sempliċi għall-aħħar deċiżjonijiet tal-qrati tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (sentenzi, digrieti u konklużjonijiet).
“Stqarrijiet għall-istampa” tippermetti li wieħed jara l-aħħar għaxar stqarrijiet għall-istampa ppubblikati mill-istituzzjoni.
“Aġenda ġudizzjarja” tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar is-seduti għas-sottomissjonijiet orali, il-qari tal-konklużjonijiet u l-qari tas-sentenzi previsti għall-ħames ġimgħat li ġejjin.
“Tfittxija” tipprovdi aċċess sempliċi għall-ġurisprudenza kollha tal-Qorti tal-Ġustizzja. Din ittaqsima tippermetti li jsiru tfittxijiet bin-numru tal-kawża, bl-isem tal-partijiet, bid-data u bil-metodu test liberu.
L-app hija disponibbli fuq “Google Play” u fuq l-“App Store”.