Tifla ta’ erbatax-il sena għandha tibqa’ tgħix man-nanniet tagħha wara li l-ġenituri tagħha ilhom f’diżgwid bejniethom għal seba’ snin.
Iddeċidiet dan il-Qorti tal-Familja ippreseduta mill-Maġistrat Bridgitte Sultana fejn innutat kif fid-dawl tal-instabbiltà tal-ġenituri tagħha biex jieħdu ħsiebha, l-aħjar għażla tkun li t-tifla’ tibqa’ tgħix man-nanniet.
Dan wara li omm it-tifla marret għand din il-Qorti biex tingħata l-kustodja tat-tifla.
Hija akkużat lil missier it-tifla bi vjolenza għalkemm dawn l-akkużi ma ġewx ppruvati.
Il-Qorti nnutat ukoll li l-omm kellha aktar relazzjonijiet bi tfal minnhom u ma kelliex fejn tieħu lit-tifla wara d-diżgwid li kien inqala’ ma’ missier it-tifla.
Rapport ta’ psikologu qal kif it-tifla qalet li tħossha abbandunata minn ommha u ma xtaqitx relazzjoni magħha.
B’hekk il-Qorti ordnat li t-tifla tibqa’ tgħix fil-kustodja tan-nanniet tagħha min-naħa t’ommha filwaqt li tat aċċess għat-tifla lil missier ta’ darba fil-ġimgħa biex jiġborha mill-iskola u jeħodha l-għassa biex tinġabar min-nanniet tagħha.