Il-Qorti tal-Appell naqqset sentenza ta’ ħabs li kienet ingħatat lil żewġt irġiel dwar traffikar tad-droga.
Dan fisser li minn sentenza ta’ ħdax-il sena bejnithom, is-sentenza naqset b’sentejn kull wieħed.
Dan il-każ imur lura għall-2012, meta wieħed mill-ommijiet tal-akkużati rrappurtat lill-Pulizija li sabet pakkett bil-ħaxixa moħbi fid-dar fejn tgħix flimkien ma’ binha.
Fil-Qorti ntqal li ż-żewġ akkużati kienu ltaqgħu ma’ persuni oħra f’Baħar iċ-Ċagħaq fejn ġabru pakkett bid-droga.
Fis-sentenza tagħha, l-Imħallef Edwina Grima nnutat kif iż-żewġt irġiel qed jagħmlu ħilithom biex jegħlbu l-vizzju tad-droga.
Qalet ukoll kif il-Qorti ma qisitx l-irwol tal-irġiel f’dan il-każ, hekk kif huma ma kinux it-traffikanti.
F’dan il-każ it-traffikanti qatt ma nqabdu mill-Pulizija.