Il-Qorti tal-Appell naqqset is-sentenza ta’ żewġ persuni, b’ħames snin.
Tliet snin ilu, Antonella Vella u Stephen Borg ġew ikkundannati ħdax-il sena ħabs fuq attentat ta’ serq u li wettqu ħsarat fi proprjetà fost oħrajn.
Il-koppja appellat mis-sentenza tal-Qorti, wara li l-Avukat Difensur qal kif is-sentenza hija waħda iebsa u qal kif dawn ir-reati seħħew riżultat li l-koppja kienet maħkuma mill-vizzju tad-droga.
Wara li l-Qorti evalwat il-każ, innutat li ż-żewġ imputati ngħataw parti mill-piena għaliex kienu reċedivi, akkuża li fl-istadju tal-appell, iż-żewġ akkużati ma nstabux ħatja fuqha.