Il-Qorti tal-Appell naqqset bin-nofs is-sentenza ta’ sitt xhur ħabs ta’ Daren Debono, magħruf bħala ‘it-Topo’, b’rabta ma’ każ li fih instab ħati li, waqt li kien qed jixhed, ma semmiex lil-kompliċi f’attentat ta’ serqa mill-bank HSBC.
Huwa ma kienx ta l-informazzjoni minkejja li d-difiża ta’ Debono kienet laħqet ftehim mal-Avukat Ġenerali biex huwa jipprovdi aktar evidenza dwar il-każ u jingħata sentenza ta’ għaxar snin priġunerija għall-involviment tiegħu.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Aaron Bugeja, llum ikkonkludiet li l-offiża tat-Topo ma kinitx aggravata, u għalhekk is-sentenza tnaqqset għal sitt xhur ħabs. L-imħallef ikkkonferma l-bqija tas-sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati.