Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat li John Bundy tkeċċa inġustament minn Kap Eżekuttiv tal-PBS.
Quddiem l-Imħallef Lawrence Mintoff ġie deċiż li nies fil-PBS imxew b’mod irresponsabbli fil-konfront ta’ Bundy iżda Bundy ma setax jgħid li ma kienx jaf bir-regolamenti marbuta ma’ kuntratti.
Dan wara li huwa tkeċċa fuq awditjar li sar, li sab li kiser ir-regolamenti kuntrattwali fuq ftehim ta’ kiri ta’ karozzi li jlaħħaq in-nofs miljun ewro.
Il-kumpens għal Bundy fl-istadju tal-appell niżel bin-nofs, minn €226,488 għal €113,244.