Ftit tal-ħin ilu, il-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenza mgħotija mill-Qorti lura f’Awwissu tal-2022 li sabet lill-eks Uffiċjal tal-Fondazzjoni tal-Iskejjel ta’ Għada, Edward Caruana, mhux ħati għal akkużi ta’ tixħim u korruzzjoni.
Il-każ imur lura għall-2016.
Fis-sentenza mgħotija fl-Appell, l-Imħallef Edwina Grima sabet li l-Qorti tal-Appell bħall-ewwel Qorti, fost oħrajn, ma kelliex iċ-ċertezza morali li Edward Caruana, iffalsifika invoices jew quatations.
Il-Qorti tal-Appell sabet ukoll kif il-fatti hekk kif rakkontati fil-konfront ta’ Caruana jibqgħu biss suspetti u ma jilħqux grad għoli ta’ prova li jista’ jwassal għal sejbien ta’ ħtija fil-kamp penali.
Il-każ fuq Caruana kien jirrivolvi ma’ korruzzjoni b’rabta ma’ diversi kuntratti fuq bini ta’ skejjel ġodda u xogħlijiet ta’ manutenzjoni. Huwa kien ukoll canvasser għall-eks Ministru Laburista Evarist Bartolo.