- Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
F’sentenza tal-Qorti tal-Appell illum kienu kkonfermati l-fatti kollha fil-konfront tad-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina. Din is-sentenza tkompli tesponi kemm Simon Busuttil hu falz, li fuq ħaddieħor jgħid mod, iżda fuq tiegħu jagħmel mod ieħor.
Il-Qorti kkonfermat li;
- Li kien il-Perit Bezzina li bagħat tliet ħaddiema tal-Gvern jaħdmu fil-każin Nazzjonalista taż-Żurrieq fid-distrett elettorali tiegħu;
- Li l-ħaddiema marru jwettqu dan ix-xogħol waqt il-ħin tax-xogħol tagħhom;
- Li marru jaraw ix-xogħol u eventwalment marru jaħdmu bil-vetturi tad-Dipartiment;
- Li kien il-Perit Bezzina li hu stess kiteb affidavit għall-ħaddiema u li ħadhom hu stess għand nutar tal-għażla tiegħu
- Il-Qorti tgħid li d-dikjarazzjoni li għamlu dawn il-ħaddiema kellha partijiet li ma kinux korretti mal-fatti vera;
- Il-Qorti tgħid li l-ħaddiema baxxew rashom għas-superjuri tagħhom
Dan huwa test ieħor li l-Kap tal-Oppożizzjoni falla. Falla għax diġa’ ħareġ jifraħ li l-Qorti kkonfermat il-fatti kollha li dehru fil-media u li l-poplu ddisgusta ruħhom bihom li seħħew.
Simon Busuttil huwa falz u dgħajjef quddiem Deputat tiegħu li l-Qorti kkundantu u li fuqu hemm każ ieħor imdendel ta’ Villa f’ODZ taħt l-Imdina.