Etienne Bartolo magħruf bħala l-Vojt u li f’ġuri kien instab ħati tal-qtil ta’ Roderick Grech f’Birkirkara, fil-Qorti tal-appell ġie meħlus milli jħallas kważi €20,000 biex ikopri l-ispejjeż tal-esperti tal-Qorti.
Fl-appell l-avukati ta’ Bartolo qalu li din il-multa ma tiħux inkunsiderazzjoni l-fatt li l-akkużat instab ħati ta’ omiċidju skużabbli.
Dan filwaqt li xi xogħol mill-esperti tal-Qorti ma pproduċiex riżultati pożittivi. L-avukati argumentaw li multi daqstant eżorbitanti kienu se jfissru li l-akkużat kien se jispiċċa jservi sentenza itwal ta’ Qorti għaliex ma kellux flus biex iħallas dik il-multa.