Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza mogħtija mill-Prim Awla tal-Qorti, li tgħatti d-dritt lill-Familja Caruana Galizia sabiex jintervjenu fir-rikors ta’ Alfred Degiorgio l-Fulu.
Id-deċizjoni ngħatat il-Ġimgħa filgħodu mill-Prim Imħallef Joseph Azzopardi wara appell tal-istess Degorgio sabiex tiġi mdawra din id-deċizjoni.
Ir-Rikors ta’ Degiorgio huwa dwar is-sehem tal-espert tal-Qorti Martin Bajada fl-inkjesta b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, dan hekk kif Degiorgio qed jitlob li dan l-espert jitneħħa.
Dan minħabba li fil-passat Bajada kien instab ħati ta’ frodi ġewwa Londra.