Il-Qorti tal-Appell tillibera lil Arthur Castillo ta’ 58 sena minn Tas-Sliema minn kull ħtija li kkaġuna l-mewt ta’ Christine Gauci, li mietet tliet snin ilu waqt li kienet qed tgħodos. Gauci u Castillo kienu qed jgħoddsu flimkien.
Huwa appella mis-sentenza li kien ingħata f’Novembru li għadda, meta kien weħel sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.
L-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qalet li ma sabitx li r-raġel kien negleġenti f’għemilu u lanqas li kien responsabbli minn Gauci.
Fost l-argumenti li ppreżenta Castillo, meta appella mis-sentenza, qal li l-ewwel Qorti injorat il-konklużjoni tal-espert legali, li kien ikkonkluda li ma kienx hemm lok biex jittieħdu passi kriminali kontra l-akkużat.