Richard Attard ta’ 62 sena tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal tliet snin, wara li l-Qorti ta’ Għawdex sabitu ħati li għamel attività sesswali ma’ tfajla ta’ 13-il sena mingħajr il-kunsens tagħha.
Dan f’deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell li bidlet sentenza ta’ Maġistrat tal-Qorti ta’ Għawdex ta’ mhux ħati.
Fil-Qorti ntqal kif dan il-każ imur lura għal Novembru tal-2019, meta t-tfajla kienet il-bandli tax-Xewkija u r-raġel ħadha fil-lattrina, u beda jbusha f’għonqha.
Fix-xhieda tagħha, il-vittma qalet li meta l-imputat għajtilha, ħasbet li ried xi għajnuna.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti nnutat li l-bewsa kienet vjolenti u l-azzjoni tar-raġel hija waħda ta’ passjoni.