Il-Qorti ħatret tliet psikjatri biex jeżaminaw l-istat mentali ta’ Noel Azzopardi, ir-raġel li jinsab akkużat bl-omiċidju volontarju ta’ Eric Borg fir-Rabat fl-ewwel jum tas-sena.
Fis-seduta tal-lum, il-Maġistrat Marsanne Farrugia ttrattat il-kwistjoni marbuta mal-istat ta’ saħħa li kien jinsab fih l-akkużat dakinhar tar-reat kif ukoll l-istat li qiegħed fih illum.
L-avukat, li qed jidher għall-familja tal-vittma, sostna li għalkemm jidher li Noel Azzopardi għandu xi kundizzjoni, l-ebda psikjatra li tela’ fuq il-pedana tax-xhieda ma ta x’jifhem li l-kundizzjoni tal-akkużat qed ixxekklu milli jagħraf it-tajjeb mill-ħażin.