Daniel Joscelyn Hurley ta’ 43 sena mill-Ingilterra ingħata l-libertà kkundizzjonata wara li ammetta li f’żewġ okkażjonijiet seraq diversi oġġetti li l-valur tagħhom jammonta għal €160.
Fil-Qorti nstema’ kif l-imputat skadielu l-permess tar-residenza u minħabba ċ-ċirkostanzi tiegħu spiċċa f’sitwazzjoni iebsa. Intqal ukoll li l-imputat m’għandux indirizz fiss.
Il-Qorti għażlet li ma tikkastigax lill-imputat fuq il-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fis-sentejn li ġejjin, li jirriforma ruħu u jrodd lura l-mija u sittin ewro li seraq fi prodotti.