Mara li tressqet il-Qorti akkużata li wettqet abort ingħatat il-libertà kkundizzjonata.
Dan intqal mill-għaqda mhux governattiva Doctors for Choice, li t-tim legali tagħha assista lill-mara tul dan il-każ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-dettalji tal-każ mhumiex pubbliċi għax instema’ wara bibien magħluqa.
L-NGO żiedet tgħid li, matul l-investigazzjoni u l-proċeduri, il-mara ġiet ittrattata b’dinjità u b’rispett, kemm mill-Pulizija kif ukoll mis-sistema ġudizzjarja.