F’każ mhux tas-soltu l-pulizija qalgħet ċanfira liema bħala mill-Maġistrat Joe Mifsud wara li raġel tressaq il-Qorti mixli bi frodi, sitt snin wara li bdiet l-investigazzjoni.
Il-Maġistrat uża kliem iebes fil-konfront tal-pulizija wara li l-file tal-investigazzjoni ntilef u nstab m’ilux.
John Paul Charles Woods tpoġġa fuq probation għal tlett snin u ġie ordnat li jingħata trattament wara li kien mixli b’akkużi ta’ frodi fuq apparat ta’ scuba diving li jlaħħaq il-ħames t’elef ewro.
Il-Maġistrat saħaq li huwa inaċċettabli li l-akkużat, li fl-aħħar snin kien qed jagħmel progress f’ħajtu, jinfetaħ mill-ġdid każ kontrih wara sitt snin.