Il-Qorti Suprema Russa ddeċidiet li għandha tagħlaq l-eqdem u l-aktar organizzazzjoni prominenti Russa dwar id-drittijiet umani.
Din id-deċiżjoni qanqlet għagħa kbira fost il-pubbliku u hija l-aktar deċiżjoni riċenti li tat daqqa oħra lill-attivisti, midja indipendenti u dawk li jappoġġjaw lill-Oppożizzjoni.
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali fir-Russja għamel petizzjoni lill-Qorti Suprema biex tirrevoka r-rikonoxximent legali tal-grupp Memorial.
Fil-Qorti, il-prosekutur qal li dan il-grupp huwa theddida pubblika u akkużah li qiegħed fil-but tal-Punent talli jiffoka fuq ir-reati tal-Unjoni Sovjetika minflok ifakkar il-passat glorjuż tiegħu.
Grupp internazzjonali tad-drittijiet umani li studja r-ripressjoni politika fl-Unjoni Sovjetika.