Il-Qorti Suprema fl-Istati Uniti ċaħdet mozzjoni tal-President Donald Trump biex jintemm programm maġġuri li jipproteġi immigranti minuri mid-deportazzjoni.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti Suprema qalet li t-twaqqif ta’ dan it-tip ta’ programm ta’ wens huwa kontra l-liġi.
L-hekk imsejjaħ Deferred Action for Childhood Arrivals tipproteġi mas-650,000 tifel u tifla li ddaħħlu l-Istati Uniti mingħajr dokumenti. Il-programm tal-era Obama ilu taħt attakk mill-Amministrazzoni Trump mill-2017.