Il-Qorti Suprema fl-Indja qablet li tirrevedi s-sentenza li għamlet is-sena l-oħra, li tippermetti nisa ta’ bejn l-10 u l-50 sena li jidħlu fit-tempju tal-Ħindu, Sabarimala. Dan it-tempju iwaqqaf nisa milli jidħlu waqt li jkunu bil-period.
Is-sena l-oħra il-Qorti kienet ddeċidiet illi hija diskriminatorja li fl-istat ta’ Kerala, in-nisa ma jitħallewx jidħlu fit-tempju. Dan il-verdett kien wassal għal diversi protesti fl-istat. Infatti, nisa li kienu jippruvaw jidħlu kienu mibgħuta lura jew saħansitra aggrediti.
Però din il-mossa, li hija mnebbħa minn għad ta’ petizzjonijiet, qed tirrabja lil bosta nisa li ġġieldu biex jieħdu dan id-dritt. L-Induiżmu jqis lin-nisa li jkunu waqt il-period bħala maħmuġin u jipprojbixxihom milli jipparteċipaw f’ritwali reliġjużi.