Il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti ċaħdet it-talba bla preċedent biex tinvalida r-riżultat tal-elezzjoni f’erba’ stati – li kienu meqjusa fost l-aktar importanti u li fihom ir-riżultat seta’ jmur naħa jew oħra – talba li kienet appoġjata mill-President Donald Trump.
Il-kawża li ġiet ippreżentata din il-ġimgħa mill-istat ta’ Taxes fittxet li tinvalida r-riżultati fil-Georgia, Michigan, Pennsylvania u Wisconsin; erba’ stati mirbuħa mill-President Elett Joe Biden.
Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti Suprema qalet li legalment f’Texas, Trump ma setax iressaq din it-talba.
Din tfisser daqqa oħra għal Trump, hekk kif ripetutament u mingħajr evidenza qal li r-riżultat tal-elezzjoni huwa mbagħbas li saret f’Novembru li għadda se jkun deċiż fil-Qorti Suprema.
Intant, il-Kulleġġ Elettorali mistenni jiltaqa’ nhar it-Tnejn li ġej biex jeleġġi formalment lil Joe Biden bħala s-46 President tal-Istati Uniti.