Il-Qorti Suprema Amerikana, m’aċċettatx il-proposta tal-Presiden Joe Biden, li jaħfer self li jkunu ħadu l-istudenti għall-Università.
Din il-proposta, kienet taħfer madwar $10,000 u $20,000 lil kull student.
Din id-deċiżjoni se taffetwa aktar minn 40 miljun Amerikan.
Il-President Amerikan, Joe Biden qal li din l-azzjoni ħalliet lill-pubbliku rrabjat.
Huwa qal ukoll li se jaħdem għal miżuri ġodda biex inaqqas id-dejn marbut mal-Universitajiet, permezz ta’ kiġijiet li diġà qegħdin fis-seħħ.
Il-Konservattivi qalu li l-President Biden abbuża mis-setgħa tiegħu b’din il-proposta. Il-Qorti Suprema qablet ma’ dan.
Ritratt: KSTP