Il-Qorti Suprema Amerikana mistennija tirrevoka l-liġi li tagħti dritt legali għall-abort.
Dan ħareġ propju minn dokument li wasal f’idejn il-midja internazzjonali u li ġab kritika ta’ bosta madwar l-Istati Uniti.
Ġie rrappurtat kif l-Imħallef responsabbli minn dan id-dokument, magħruf bħala ‘Roe v Wade’, qal kif il-każ li jmur lura lejn l-1973 u li fih ingħata dritt lill-mara sabiex ikollha l-għażla għall-abort, huwa ħażin.
L-Imħallfin mistennija jivvutaw dwar dan il-każ fil-bidu ta’ Lulju.
Sa issa la l-Qorti Suprema u lanqas il-White House għadhom ma taw l-ebda kummenti dwar dan.
Intant, f’Diċembru tal-2021, il-Qorti Suprema kienet semgħet każ li kien ta indikazzjoni dwar restrizzjonijiet stretti fuq l-abort fl-Amerika.
Fil-fatt Qorti kkunsidrat liġi dwar l-abort f’Mississippi li tagħmilha llegali sabiex mara taħgmel abort wara ħmistax-il ġimgħa ta’ tqala.
Jekk dan jidħol fis-seħħ, miljuni ta’ nisa fl-Amerika jitilfu d-dritt għall-abort.