Il-Qorti t’Għawdex bidlet id-deċiżjoni tagħha wara aktar kmieni dan ix-xahar kienet ordnat tabib biex iħallas disgħa u ħamsin elf ewro, f’kumpens lil koppja wara inċident tat-traffiku.
Issa l-Qorti qed tordna lit-tabib biex jagħti erbatax-il elf ewro lil din il-koppja, wara l-karozza tat-tabib ħabtet fil-karozza tal-koppja fiż-Żebbuġ Għawdex, ħames snin ilu.
Dan wara żball fil-kalkolu li sar fl-għoti tas-sentenza.
Kawża ta’ dan l-inċident, il-mara kienet sofriet diżabilità permanenti ta’ tnax fil-mija u sarulha sittin punt fis-sieqha.