F’żewġ każijiet separati l-Qorti ordnat lid-Dipartiment tad-Dwana biex jeqred total ta’ 8,444 żarbun u karkur tan-NIKE li ġew ikkonfermati foloz.
Il-Qorti ippreseduta mill-Imħallef Mark Chetcuti semgħet kif kunsinja b’3,216 karkur daħlet fil-Port Ħieles f’kontejner fit-2 ta’ Frar tal-2020.
Kunsinja oħra ta’ 5,288 żarbun sportiv instabu f’kontejner ieħor minn Tokjo fit-22 ta’ Diċembru tal-istess sena.
Dawn it-tnejn kienu mibgħuta minn kumpanija fiċ-Ċina u ġew investigati mill-uffiċjali tad-Dwana biex jidentikaw il-ġenwinità tagħhom minħabba suspett li ġihom.
Il-Qorti ordnat ukoll lil dawn il-kumpaniji biex jħallsu għall-ispejjeż kollha.